Home Ix-Xitwa Home


  • L-istaġun tax-xitwa jibda fil-21 ta’ Diċembru u jispiċċa fl- 20 ta’ Marzu.

  • Fix-xitwa niċċelebraw il-festi tal-Milied u San Pawl u jkollna wkoll il-Karnival u r-Randan.
  • Matul ix-xhur tax-xitwa jagħmel ħafna bard u għalhekk ikollna nilbsu ħafna ħwejjeġ ħoxnin.
  • Ħafna mill-isports isiru fix-xitwa.
  • Ix-xitwa hija staġun tar-riħ u xita u f’ħafna pajjiżi oħra jagħmel ukoll is-silġ.
  • F’dan l-istaġun ikollna wkoll l-iqsar ġurnata tas-sena u għalhekk il-ħin jgħaddi malajr.
  • Ix-xitwa hija wkoll żmien li fiħ ikollna l-iskola u jġib miegħu ukoll l-eżamijiet ta’ nofs is-sena.
  • Minħabba l-kesħa n-natura torqod u xi annimali bħal fekruna, l-qanfud u l-ors jorqdu għal xhur sħaħ.
  • Ix-xita li tinżel fix-xitwa hija bżonjuża ħafna għall-bdiewa.

  • Ix-xitwa mhux l-istaġun favorit tiegħi għax inħoss ħafna bard.

Chiara Sacco
Year 3