Home Ix-Xitwa Home


  1. L-istaġun tax-xitwa jibda fil-21 ta’ Diċembru u jispiċċa fil-20 ta’ Marzu.
  2. L-iqsar ġurnata tas-sena hija l-21 ta’ Diċembru.
  3. Ix-xitwa hija l-iksaħ staġun tas-sena u għalhekk għandna ċans nimirdu aktar.
  4. Fix-xitwa jkollna ħafna silġ, xita u maltemp, xi kultant toħroġ ix-xemx biex iddawwal u saħħan ftit.
  5. Fix-xitwa nagħmlu ħafna ħin ġewwa nagħmlu l-crafts ħdejn il-ħeaters għas-sħana.
  6. Meta toħroġ ix-xemx immorru passiġata ħa naraw il-ħdura fil-kampanja.
  7. Fix-xitwa peress li jkun il-bard nilbsu ħafna ħwejjeġ mhux tas-soltu bħal xi skufja, mafler u xi ngwanti.
  8. Fix-xitwa s-siġar ma jkollhomx weraq u n-natura torqod ix-xitwa kollha.
  9. Fl-istaġun tax-xitwa niċċelebraw ħafna festi sbieħ fosthom il-Milied, l-ewwel tas-sena, San Pawl, il-karnival, ir-Randan u Jum san Valentinu.
  10. L-aktar festa għal qalbi hi l-Milied għax niftakru f’Ġesu tarbija u nirċievu ħafna rigali.
  11. Il-Karnival sabiħ wkoll għax għal ħamest ijiem nilbes b’mod mhux tas-soltu u nieħu gost.
  12. Ix-xitwa sabiħa imma peress li nħoss ħafna bard ma nixtieqx li s-sena kollha tkun ix-xitwa.


A H H X’BARD !


Kirsty Sant
Year 4