|
Żmien twil ilu kien hemm koppja li l-missier kien jismu x-Xhur u l-omm kien jisimha s-Sena
u dawn kellhom erbat itfal li kien jisimhom ir-Rebbiegħa, s-Sajf, il-Ħarifa u x-Xitwa.
L-iżjed imqarba kienet ix-Xitwa. Din twieldet fil-21 ta’ Diċembru. Meta twieldet instema
ħoss kbir fl-isptar li jismu Maltemp li kien jinsab fl-univers. Dawn il-ħsejjes kienu
tar-riħ, tal-beraq u tax-xita. Waqgħet kesħa kbira fuq id-dinja.
Is-siġar ftit li xejn kellhom weraq. Kemm kienet tieħu gost ix-Xitwa tara lin-nies libsin
ħwejjeġ ħoxnin u oħrajn bil-ħeaters u bil-kutri fuqhom. Il-Karnival, il-Milied,
ir-Randan u San Pawl huma xi festi li jaħbtu fix-Xitwa. Xi annimali bħal qanfud, il-fekruna,
iż-żrinġ, in-nemel u l-orsijiet jorqdu matul ix-Xitwa kollha. F’dan l-istaġun
il-baħar ikun griż fil-blu. Fix-Xitwa ma mmorrux ngħumu fil-baħar ghax ikun
imqalleb u kiesaħ. Barra minn Malta jkun hemm ħafna silġ. Għalhekk hemm
sports bħal skijjing u żfin fuq is-silġ. Ħafna rħula jkunu
qishom kartolini tal-Milied għax id-djar u s-siġar ikunu miksijin bil-borra. Ix-Xitwa
marret tilbes il-piġama għax issa kien wasal l-20 ta’ Marzu. “Qum Rebbiegħa
għax xogħli għamiltu għal din is-sena” \\\\\\\...
|