Home Il-Mitħna tax-Xarolla Back

Morna ħarġa ta’ l-iskola u morna naraw
il-Mitħna tax-Xarolla.

Il-kuratur qalilna li l-Mitħna tax-Xarolla nbniet fi żmien tal-Granmastru Manwel De Vilhena. Il-Mitħna ma ġietx mibnija f’daqqa, l-ewwel bnew l-ewwel sular u wara t-tieni sular. Kienu joqogħdu n-nies ġo fiha wkoll. Mill-qamħ kienu jagħmlu n-nuħħala, is-smieda, is-smid u d-dqiq. It-taħħan kellu mezz ta’ komunikazzjoni li jissejjaħ "bronja" li dan kien jużaħ biex jgħajjat lin-nies li x-xogħol kien lest. Jien ħadt pjacir ħafna li żort il-Mitħna tax-Xarolla għax sirt naf informazzjoni nteressanti li tagħmel parti mill-istorja ta’ pajjiżna.

Maria Chiara Zappala’
Year 5