| "Se mmorru l-pool" qaltilna l-għalliema. Kemm fraħna.
Kollox kellna ppreparat u fil- 15, 18, 20, 25 t’Ottubru aħna t-tfal tat-tielet klassi
morna sal-pixxina nazzjonali tal-Qroqq. Hemm hekk aħna tgħallimna kif ngħumu
ajhar. Ħadna ħafna gost naqbżu flimkien. Imma l-aħħar ġurnata s-27 ta’
Ottubru 2004, sebħet b’temp ikraħ ħafna u għalhekk ma’ stajniex immorru.
Meta wasalna l-ewwel darba kien hemm l-instructress. Hi spjegatilna r-regolamenti. L-iżjed
regola mportanti hija li ma niġrux. Waqt li t-tfal ta’ Mrs Caruana kienu jinżlu l-ewwel
ġol-pool, aħna t-tfal ta’ Ms. Roberta konna noqogħdu nieklu l-lunch. Wara li
t-tfal ta’ Mrs Caruana kienu jitilgħu mil-pool, konna ninżlu l-grupp l-ieħor ta’
Ms. Roberta. Permezz ta’ eżerċizzji differenti lkoll kemm aħna tgħallimna
ngħumu aħjar mingħajr l-ebda periklu. |
|