|
Hair and Beauty Marathon 2007
Nhar it-Tnejn 19 ta' Marzu, nhar il-festa ta' San Guzepp, l-Iskola Santa
Giovanna Antida regghet fethet il-bibien taghha mhux biss ghall-istudenti,
genituri u ghalliema, izda ghall-pubbliku generali kollu.
Fl-iskejjel taghna qed isiru xi tibdiliet u thejjew bosta pjanijiet ghal
zviluppi ohra sabiex it-tfal li jattendu fihom ikollhom ambjent li jimmotivahom
sabiex jigu iktar bi hgarhom l-iskola u jkattru t-taghlim taghhom. Fost dawn
il-progetti kbar insibu l-'gym' il-gdid li qed jinbena fl-iskola ta' Hal
Tarxien. Ninsabu certi li la dan il-'gym' jitlesta, minnu se jkunu qed
jibbenifikaw it-tfal kollha li jattendu l-iskejjel taghna.
Sabiex dawn l-izviluppi jkunu jistghu jirrealizzaw ruhhom mill-aktar fis
possibli, nhar id-19 ta' Marzu tellajna maratona tal-'hairdressing' u sbuhija
fl-Iskola Santa Giovanna Antida tal-Gudja. Din kienet it-tieni sena li tellajna
din l-attivita' u bi pjacir kbir nixtiequ nhabbru li anke din is-sena
l-attendenza tal-pubbliku generali kienet tajba ferm! Minbarra li konna
qed noffru diversi servizzi f'jum ta' festa, tajjeb li nghidu wkoll li
l-qligh kollu li sar minn din l-attivita' se jmur ghat-tkabbir ta'
l-iskejjel taghna.
Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lill-voluntiera kollha li hadu sehem
f'din il-maratona u offrew l-ghajnuna taghhom sabiex din l-attivita' tkun
wahda ta' success! U grazzi lilkom ilkoll li ddedikajtu ftit mill-hin liberu
taghkom sabiex zortu l-iskola taghna ghax permezz tal-kontribuzzjoni taghkom,
it-tfal se jkunu jistghu jgawdu l-frott.
|
|