|
Bħala parti mill-attivitajiet reliġjużi li
jsiru fl-iskola tagħna, hemm il-Quddiesa ta' kuljum.
Din tiġi ċċelebrata mid-Direttur Spiritwali, Fr. Joe li
bħeġġa kbira jiġi wkoll iqarar lit-tfal kull nhar t'Erbgħa.
Kull l-ewwel ġimgħa tax-xahar, l-iskola tagħna tingħaqad ma' l-iskola tal-Gvern
tal-Gudja biex flimkien nassistu għall-Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
Iċ-ċelebrant ikun l-Arċipriet Martin Cordina. It-tħejjija għal din il-Quddiesa
ssir xahar mit-tfal ta' l-iskola tagħna u xahar mit-tfal tal-Gvern. Għal din
il-Quddiesa jitħejja talb li jinqara mit-tfal. Il-Vanġelu jitwassal permezz
ta' mima li t-tfal itellgħu bl-għajnuna ta' l-għalliema tagħhom.
B'hekk it-tfal, barra milli jifhmu aħjar il-messaġġ tal-Kelma t'Alla jkunu
qegħdin jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni ta' l-Ewkaristija.
Ta' min jgħid li xi tfal, taħt it-tmexxija ta' l-Assistenta Kap, Ms. Carmen,
jakkumpanjaw il-kant permezz ta' diversi strumenti mużikali.
Dawn l-attivitajiet daħlu sew f'qalb it-tfal li jkunu ħerqana biex jagħtu
s-sehem tagħhom.
|
|