Meta wasalna, kien hemm qassis li dan kien sab parti minn dan il-
Katakombi. Hu qagħad jgħidilna u jispjegalna xi affarijiet . Wara
dħalna ġo kappella taż-żmien l-antik u mbagħad dħalna fil-
parti tal-Katakombi ta' fejn l-insara ta' l-antik kienu jidfnu l-mejtin
tagħhom u jiltaqgħu biex jitolbu. Kien hemm il- "Leader" u dan
qagħad jispjegalna f'kull parti li mmorru. Xi affarijiet li kien hemm
huma l-"agape table" u t-tpingijiet ta' mal-ħitan.
Meta tlajna mill- Katakombi, morna ġol-mużew li hemm in-naħa tat-
tramuntana u hawnhekk kien hemm l-għadam ta' l-annimali, ġarar
tal-fuħħar u ġo kamra oħra kien hemm affarijiet bħal
ħwejjeġ li kienu jilbsu l-qassisin. Minn dan il-mużew lili
kollox għogobni imma l-iżjed il-ktieb li huwa kbir biss daqs kwart
id-difer iż-żgħir u fih hemm il-Missierna b'seba' lingwi differenti.
Wara li rajna dan kollu, xi tfal xtraw xi "postcards" u affarijiet oħra li
għandhom x'jaqsmu ma' dan il-post .
Flimkien ma' l-għalliema, aħna morna wkoll inżuru l-Katakombi ta'
San Pawl. Kif għidtilkom qabel, dan hu wieħed mis-siti storiċi
tal-Heritage Malta. Dan huwa msemmi għal San Pawl għax tant kemm hu kbir dan il-Katakombi, għandu
passaġġ li hu magħqud mal-Grotta ta' San Pawl . Hawnhekk rajna
tip ieħor ta' "agape table". It-twiebet kienu kemm żgħar kif
ukoll kbar. Dan għaliex fiż-żmien il-qedem kienu jmutu
ħafna trabi għax kien ikun hemm il-mard.
L-aħħar iżda
mhux l-inqas morna fil-Grotta ta' San Pawl. Daż-żmien fuqha hemm
Knisja. F'din il-kappella hemm żewġ statwi, ta' San Pawl u ta'
San Luqa. San Luqa kien tabib u ġie Malta ma' San Pawl. Dan hu
wieħed mill-Evanġelisti. L-aħħar li ġie l-Papa
Gwanni Pawlu II kien żar il-Grotta ta' San Pawl. Fiż-żmien ir-
Rumani, il-kappella kienet tintuża biex meta jorqdu s-suldati Rumani
lill-prigunieri kienu jorbtuhom mas-saqaf.
Kulħadd għandu jibqa'
jgħożż u jieħu ħsieb l-affarijiet storiċi li
għandna Malta għax barra minn Malta, ċerti affarijiet ma ssibhomx .
( Janelle Borg - Year 4)
|