|
Mawra sal-Parlament u l-'Malta Experience'
Nhar it-Tnejn, 10 ta' Ottubru, 2005, aħna t-tfal tas-sitt sena morna ħarġa
sal-Parlament Malti u l-'Malta Experience' fil-Belt Valletta. Appena dħalna l-Belt,
bdejna sejrin dritt il-Parlament, li jinsab fil-Palazz Maġistrali. Laqagħna
wieħed raġel li jaħdem hemmhekk stess, u bil-paċenzja kollha qagħad
jispjegalna dwar il-Parlament u x-xogħol tad-Deputati Parlamentari, kif ukoll dwar
min jaħdem hemm ġew. Tana ċans nistaqsuh, kif ukoll nieħdu xi ftit ritratti.
Imbagħad morna fil-Kamra s-Safra; din hi karma tassew sabiħa, u tissejjaħ
hekk, għax kulma hemm ġewwa fiha, huwa kollu isfar!
Wara tlaqna għall-'Malta Experience', fejn bqajna deħlin ġo sala kbira. Hemmhekk
ilbisna l-'headphones' u fi ftit mumenti, sibna ruħna naraw dokumentarju interessanti
dwar l-istorja ta' Malta. Tassew kienet ħarġa edukattiva u rilassanti, għax mhux
biss tgħallimna ħafna affarijiet, iżda striħajna ftit mir-rutina ta' kuljum!
(Melissa Marie Mifsud u Bernice Zammit - Year 6 Ms. Maria)
|
(Photos by Maria Mifsud - Year 6 Ms. Roberta)
|