Home Mdina Back
Ħarġa Edukattiva

Il- Ħarġa Tagħna Sa l-Imdina

Wasalna l-Imdina u rajna hafna karozzini. L-ghalliema qaltilna liema huma t-tliet qaddisin fuq in-naha ta' wara tal-bieb tal-Imdina: San Publiju, San Pawl u Santa Agata. Rajna wkoll it-Torri ta' l-Istandart u fuqu kien hemm zewg armi, wahda minnhom tal-GranMastru de Vilhena. L-ghalliema wrietna karta ta' hames liri u fuqha hemm it-Torri ta' l-Istandart. Hdejn l-ghassa tal-pulizija hemm il-kunvent tas-sorijiet tal-klawsura.

Mxejna sas-swar u rajna hafna postijiet tahtna u kien jidher ukoll il-bahar. Ghaddejna minn quddiem il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu minn fejn il-Francizi kienu serqu affarijiet prezzjuzi. Bqajna sejrin l-'Mdina Experience' fejn rajna film li wriena l-istorja ta' Malta. Qrib kien hemm hanut li jbiegh affarijiet tar-ram.

Wara mxejna fit-toroq qalb djar u palazzi sbieh sakemm wasalna l-katidral. Dan hu dedikat lill-konverzjoni ta' San Pawl. Fuq il-bieb tal-katidral rajna l-arma ta' L-Arcisqof il-gdid. Dhalna fil-katidral u mxejna fuq hafna lapidi ta' l-irham. Uhud huma ta' Isqfijiet u hafna ohra ta' Monsinjuri tal-katidral. Qalulna li qabel kienu jidfnuhom hemmhekk.

Ersaqna qrib l-Ikona tal-Madonna li hi antika hafna. Rajna l-bieb sabih tas-sagristija li ghandu 900 sena u li kien fil-katidral l-antik.

Hrigna mill-katidral u dhalna fil-Muzew tal-Katidral li hu qrib. Rajna hafna flus antiki u xi affarijiet li kien juza Dun Karm Psaila, l-poeta nazzjonali. Fosthom kien hemm pjanu, xi hwejjeg tieghu u kotba li kiteb.

Iltqajna ma' hafna turisti. Kemm hadt gost!


Michela Borg Bonaci
Year 4 Ms. Callejja