Home Mdina Back
Ħarġa Edukattiva

Il- ħarġa tagħna Sa l-Imdina

Abigail Mifsud Year 5 Mrs. Dalli

Mawra interessanti ħafna li għamilt flimkien ma' sħabi tal-klassi kienet fl-Imdina. Hekk kif wasalna, dħalna mill-mina tal-Griegi u għaddejna minn toroq dojoq u mserpin fejn rajna ħafna niċeċ u fanali.

Id-djar ta' l-Imdina huma kollha antiki bi ħbabat sbieħ, fost dawn rajna d-dar Normanna u Casa Inguanez. Dħalna wkoll fil-Mużew tal- Katidral fejn rajna kollezjoni ta' muniti antiki. Fl-aħħar tal-mawra tagħna tlajna fuq is-swar u rajna veduta mill-isbav.

Maria Sara Vella Year 5 Mrs. Magro

Fil-21ta' Marzu 2006, morna żjara kulturali fl-Imdina, il-belt kapitali l-antika ta' Malta.

Morna inżuru l-palazz Inguanez. F'dan il-palazz kienet toqgħod il- familja Inguanez. Għaddejna minn quddiem il-kappella tas-sorijiet Benedettini li għandha l-bieb maqsum f'erbgħa.

It-toroq huma kollha dojoq. Sirna nafu li Mesquita kien il-kap tas-suldati. Fil-muzew tal-katidral rajna l-parilja li kienet mezz ta' trasport li kien juzah xi ħadd importanti ħafna. Id-djar fejn kienu joqogħdu n-Nobbli kien ikollhom twieqi żgħar kif ukoll kbar. Il-ġebel ta' kull dar tan-Normanni ma kienux ta' l-istess disinn anki fl-istess dar. It- turġien tad-djar ta' l-Imdina huma baxxi għax fi żmien il- kavallieri ma kinux jistgħu jitilgħu it-taraġ jekk ikun għoli minħabba l-orazzi li kienu jilbsu.

Żorna ukoll il-katidral li s-saqaf tiegħu impitter minn Vinzenzo Manno. Din il-pittura turi xeni mill-ħajja ta' San Pawl. Fil-Muzew tal-Katidral hemm miġbura bosta tifkiriet tal-poeta Nazzjonali, Dun Karm Psaila. Ħafna minnhom ingħataw mill-awtur li kien Guze' Cardona.

Din iż-żjara kulturali kienet ta' interess kbir u nixtieq li nerġa' inżur l-Imdina.