|
Marathon Walk Year 1, 2 & 3
Nhar il-Ġimgħa 20 ta' April, il-ħemda u l-kwiet fit-triq li
tagħti għal knisja ta' Loretu inkiser b'ilħna ferħana
tat-tfal ta' Year 1, 2 & 3 li kien imiss lilhom għal 'Marathon Walk.'
It-tfal imxew mill-iskola sal-knisja ta' Loretu minn qalb l-għelieqi.
Huma setgħu jaraw il-ġmiel tan-natura li hemm f'inħawi
tal-knisja u josservaw kemm hu sabiħ il-ħolqien.
Wara waqfa qasira biex jieklu u jixorbu u fl-istess ħin jistrieħu
ftit, qbadna t-triq lura lejn l-iskola, imma minn rotta differenti.
Għalkemm din kienet okkażjoni speċjali għat-tfal għax
kienet ġurnata differenti minn tas-soltu, li fiha għamlu ftit
eżerċizzju mhux ħażin, kienet ukoll mezz tajjeb għal
ġbir ta' fondi għall-iskola.
Minn barra l-għalliema u l-'facilitators', għal maratona kien hemm
ukoll il-kap ta' l-iskola, Sr. Teresa u 'l-assistant head', Ms. Carmen.
|
|