|
Mawra Sal-Birgu
Mill-iskola tlaqna għall-Birgu.
Malli wasalna dħalna minn ġo triq li jisimha Triq Couvre Porte, ġo din it-triq
rajna bust ta' Pawlu Boffa iben il-Birgu. Min hemmhekk dħalna ġol-'Malta at War
Museum'. Hawn hekk rajna bosta maskli u mudelli ta' xi vapuri li daħlu fil-
Port il-kbir. Dħalna aktar il-ġewwa u rajna filmat qasir dwar Malta kif kienu
jgħixu in-nies ta' ġmien il-gwerra. Rajna ħafna ajruplani neġlin u nies
deħlin ġox-xelters. Wara li spiċċa il-filmat dħalna ġo xelter li fih hemm
aparta għall-morda u għal xi trabi li jitwieldu. Dawn in-nies kienu
jkantaw u jitolbu biex jibqgħu ħajjin u biex tispiċċa l-gwerra.
Kien hemm qassis li kien iġib is-sagrament minn ġo knisja li waqgħet dak
iż-żmien u kien iqaddes il-quddies kuljum. Wara li jispiċċa l-attakk kulħadd
imur ifittex xi fdalijiet, bħal kutri u siġġijiet.
Aħjar nieqaf hawn għax jekk inkompli sejra ma nieqafx.
Rebecca Bonnici
Year 6 Ms. Louise
|
|