![]() |
Il-Ktejjeb | ![]() |
Skola tal-Kindergarten
B'Bugia
Tel. 21651214
u
Skola Primarja
Santa Govanna Antida
Il-Gudja
Tel. 21696187
Dawn huma l-karizmi u l-missjoni li San Vincenz de Paul u Santa Govanna Antida rcevew minghand Alla.
Permezz ta' l-edukazzjoni ahna naqdu d-dghajfa u lil dawk bla poter bhal dawk li ghexu t-tradizzjoni ta' San Vincenz u li ghexet Santa Govanna Antida. (Dan hu l-mod kif ighixu s-Sorijiet tal-Karita')
L-iskola ta' Santa Govanna Antida hi skola tal-Knisja. Din inbniet fil-Gudja fl-1964 mis-sorijiet tal-Karita'. L-iskola 'Holy Family' (Sagra Familja) hi l-iskola tal-Kindergarten u hi estensjoni ta' l-istess skola. Saret parti mill-iskola ta' Santa Govanna Antida fl-1999. F'Novembru 1999, l-iskola ta' Santa Govanna Antida bdiet b'dehra ohra dgidia, peress li ghaddiet minn bdil u tkabbir biex tista' tlahhaq mal-htigiet ta' l-edukazzjoni moderna. Dan kollu kien ikun impossible minghajr l-ghajnuna u l-koperazzjoni ta' dawk kollha li jaghmlu parti mill-Komunita' edukattiva ta' l-iskola u ta' dawk li ghandhom ghal qalbhom il-gid ta' kull tifla li tattendi li-iskola taghna.
Meta ahna ghazilna li nkunu membri ta' din l-iskola, ahna sirna werrieta ta' tradizzjoni kbria mibdija minn Santa Govanna Antida Thouret fl-1799 fi Franza.
1. Govanna Antida xtaqet li fl-iskejjel kollha tal-karita', kif kienet issejhilhom, it-taghlim kien ifisser edukazzjoni nisranija, il-formazzjoni tal-bniedem u kisba ta taghlim akkademiku. Dan kollu jista' jinsab f'edukazzjoni shiha bbazata fuq il-valuri nsara.
2. Ahna nilqghu ghandna tfal minn kull parti ta-socjeta` imma naghtu attenzjoni specjali lil tfal li b'xi mod jew iehor huma zvantaggjati.
3. L-ghalliema taghna huma mehtiega li jkunu preparati sew biex iwettqu x-xoghol taghhom ta' ghalliema genwini li kapaci jghaddu dak kollu li jafu u li dak li jaghmlu, jaghmluh b'konvinzjoni.
4. Rispett, li tifhem lil haddiehor, li taccetta lil dak li jkun, sincerita` u pacenzja huma kollha espressjonijiet ta' mhabba. Bl-ezempju 't-tfal jinnotaw l-imhabba ta' Alla l-Missier ghal kull bniedem.
5. "Bhala membri tal-Poplu t' Alla, ahna nircievu l-missjoni taghna mill-Knisja u rridu nwettquha fil-Knisja". (Regola tas-Sorijiet tal-Karita`). Govanna Antida kienet tqis lilha nnifisha bhala "tifla tal-Knisja Mqaddsa", u xtaqet li dawk kollha li xtaqu jiehdu sehem f'din il-missjoni riedu juru dan bl-istess mod ta' lejalta` lejn il-Knisja b'dak li jghidu u jaghmlu. Il-mod kif nghixu li-iskola huwa l-istess mod kif nghinu lil xulxin fil-Komunita` Nisranija.
Dawn l-ghanijiet ghandhom b'hekk jintuzaw biex wiehed jara kemm uma relevanti u efficjenti il-kriterji fl-edukazzjoni tal-lum.
1. Edukazzjoni shiha mibnija fuq valuri nsara
· Nimxu mal-kurrikulu u s-sillabu mhejji mill-Istat sakemm dan mhux kontra l-principji nsara.
· Niccelebraw is-sagramenti tal-qrar, tqarbin u grizma u naghtuhom l-importanza mehtiega.
· Valuri nsara jigu mghallma mux biss billi kuljum ikollhom il-lezzjonijiet tar-religjon imma bil-mod kif naghtu l-ezempju bil-kliem u l-mod kif ingibu ruhna fil-lezzjonijiet kollha.
· Naghtu l-ghajnuna taghna safejn nistghu meta nintalbu nghinu f' xi kampanja tal-karita`.
· Fid-decizzjonijiet u r-relazzjonijiet kollha taghna, l-gustizzja u l-hniena ghandhom jimxu id f' id.
· Kull sena jitqassmu, lil kull student, certifikati ta' mertu f' dak it-talent li fih jispikkaw l-aktar.
· It-tfal huma mhegga jippartecipaw f'kuncerti, komperizzjonijiet u attivitajiet extra-kurrikulari biex b'hekk jiksbu kunfidenza fihom infushom u jizviluppaw l-abiltajiet taghhom.
2. Attenzjoni specjali moghtija lil min ghandu bzonn
· Irreferi l-kazi lil nies specjalizzati biex jaghtu l-ahjar parir ghall-ghajnuna.
· Flimkien mal-ghajnuna u l-attenzjoni moghtija mill-ghalliema tal-klassi, it-tifla ghanda mnejn ikollha bzonn ta'ghajnuna ta' ghalliema ohra u ta' "counselor".
· Fil-kaz ta'tfal bi bzonnijiet specjali, it-tifla ghandha dritt ikollha "facilitator" maghha fil-klassi.
· Fejn hemm klassijiet bi tfal b'abilta` mhallta, it-tfal ghandhom l-opportunita` li jissocjalizzaw u japprezzaw id-differenzi li jezistu fost il-bnedmin.
3. Preparazzjoni professjonali u formazzjoni shiha
· Peress li qed nghixu f'dinja li qieghda kontinwalment tinbidel, irridu nzommu ruhna aggornati mal-metodi godda fl-edukazzjoni.
· Il-fidi rridu nghixuha mhux biss kif spjegata fil-principji evangelici izda wkoll skond it-taghlim tal-knisja li qed jinbidel maz-zmien.
· Seminars, korsijiet u tahditiet huma organizzati ghall-genituri li jridu jitghallmu u jiddiskutu ma' nies professjonali.
· L-iskola torganizza tlitt ijiem seminars ghall-ghalliema. Kull sena biex taghti opportunita`biex nergghu nfakkru u nsahhu d-dmir tal-missjoni li qed inwettqu.
4. Nghallmu l-imhabba ta' Alla l-Missier
· Fl-iskola ma jithallewx jinghad kliem jew azzjonijiet li jmorru kontra l-imhabba u l-ghajnuna li ghandha tinghata lill-ohrajn.
· Meta niltaqghu ma' nuqqas ta' ftehim u xi glied, il-kaz ghandu jigi trattat bil-kalma billi niddjalogaw u b' hegga li lesti li nahfru.
· Alla halaq kull persuna bhala individwu uniku. Ghalhekk kull persuna fl-iskola taghna ghandha tigi rispettata u accettata kif inhi.
5. Partecipanti attivi fil-Knisja Kattolika
· Il-komunita` nisranija fl-iskola taghna hi biss bhal cellula zghira mill-knisja. Ghalhekk nitolbu flimkien bhala komunita` li nemmnu fl-istess fidi waqt l-assembly ta' kull fil-ghodu u nsegwu dak kollu li jsir fid-djocesi taghna u fid-dinja.
· Napprezzaw l-esperjenzi kollha li jingiebu l-iskola minn tfal u ghalliema li jigu minn Parrocci u movimenti nsara differenti.
· Niccelebraw il-quddiesa ta' l-ewwel gimgha tax-xahar flimkien mat-tfal li jattendu l-iskola tal-Gvern fil-Parrocca tal-Gudja. Din u okkazzjonijiet zghar ohra jghinuna biex inhossuna parti mill-komunita` nisranija fil-Gudja.
X'inhu mehtieg ghal tmexxija tajba?
Biex inzommu atmosfera sabiha, hu mehtieg li jkollok xi linji bazici u semplici li nimxu fuqhom.
· L-iskola tibda fit-tmienja nieqes kwart u tispicca fis-siegha u kwart. L-ghalliema, l-genituri u x-xufiera tat-trasport ta' l-iskola ghandhom jirrispettaw dawn il-hinijiet u huma mehtiega jaghtu spjegazzjoni valida meta jaslu tard.
· Hi mehtiega nota mill-genituri meta l-istudenti ma jigux l-iskola ghal gurnata jew tnejn. Meta t-tfall ifallu ghal izjed minn tlitt ijieg wara xulxin, hu mehtieg certifikat tat-tabib.
· In-notebook tat-tfal hu mezz ta' komunikazzjoni bejn il-genituri u l- ghalliema. Dan jigi wzat mhux biss ghal rimarki negattivi imma ghal appuntamenti u affarijiet ohra.
· Manjieri sewwa, ko-operazzjoni, rispett lejn xulxin huma mhegga kemm id-dar kif ukoll l-iskola. Hu mehtieg naghtu kas u niehdu hsieb ta' l-affarijiet personali taghna u ta' l-affarijiet ta' l-iskola jekk irridu nghixu f'ambjent sabih.
· Jekk xi hadd jinqabad jaghmel xi hsara jigi mwissi severament u mitlub ihallas l-ispejjez.
· L-istudenti huma mitluba, il-him kollu,jimxu sew fl-iskola.
· M'ghandux ikun hemm tipjip fil-bini ta' l-iskola.
· Il-kbar huma mitlub jigu l-iskola lebsin sew. Hwejjeg bla kmiem u shorts mhumiex permessi fl-iskola.
· Il-genituri huma dejjem milqugha biex ikellmu l-Kap ta' l-Iskola jew l-ghalliema. Dan ghandu jsir permezz ta' appuntament.
· Hadd m'ghandu dritt icempel wara l-him ta' l-iskola lit-tfal, genituri u ghalliema. Kulhadd ghandu dritt ghall-hajja primata tieghu.
· Biex nevitaw li t-tfal igorru basktijiet tqal, qed tinghata time-table f'kull klassi. Xi kotba jistghu jithallew l-iskola u t-tfal huma mitluba jgorru kotba ta' l-inqas possibli.
· Stationery, basktijiet ta' l-iskola u xi affarijiet ohra ta' ditta partikulari ma jithallewx jingiebu l-iskola.
· Kulhadd ghandu jirrispetta d-dati li jinghata.
· Il-flus kollha li jintbaghtu l-iskola ghandhom ikunu bl-ezatt u mibghuta f'envelop maghluq b'isem it-tifla, u l-klassi miktuba fuq l-envelop.
N.B. Dawk kollha li mhux lesti li jobdu dawn ir-regoli huma mitluba jaghtu ragunijiet validi lill-ghalliema u lill-Kap ta' l-Iskola. Jekk il-mod hazin jibqa' sejjer, it-tifla tkun mitluba li tbiddel l-iskola.
Fis-Sajf
Polo Shirt Isfar
Divided Skirt
Kalzetti qosra hodor skuri
Zarbun iwed
Ghall-P.E.
Shorts blu skur
T-shirt safra
Kalzetti qosra bojod
Zarbun ta' l-isports abjad
Beritta bajda
Fix-Xitwa
Qmis safra
Coff
Dublett ta' l-uniformi
Jersey ahdar skur
Blazer ahdar skur
Tights hodor
Zarbun iswed
Ghall-P.E.
Track suit blu
Jersey isfar
Zarbun ta' l-isports abjad
Gojjellerija
Arloggi xejn. Crieket u brazzuletti huma mhollija.
Par wiehed imsielet zghar.
Fix-xaghar
Hair bands u ribbons hodor biss.
Jekk tilbsu iktar minn hemm, tkunu mitluba tnehhuhom u jistghu jittiehdulkom.
Booklet in English | |